Mistoqsijiet frekwenti

Fejn u meta nista' nivvota? Jiena noqgħod XX u għandi ċ-ċittadinanza ta' YY: fejn nista' nivvota?

It-tagħrif dwar il-proċeduri ta' votazzjoni (bħad-dati u l-metodi ta' votazzjoni minn barra l-pajjiż) jingħata mill-ministeru rilevanti tal-gvern tal-pajjiżi kkonċernati (ġeneralment il-ministeru tal-intern jew tal-affarijiet interni, jew il-ministeru tal-affarijiet barranin).

Nixtieq nirċievi materjal għall-attività tal-kampanja personali tiegħi (strixxuni, kartelluni, pins).

Tista' ssib il-materjal kollu li għandek bżonn f'din il-paġna: http://www.europarl.europa.eu/downloadcentre/en/european-elections/toolkit

Għadek ma sibtx dak li qed tfittex? Ikteb lil kuntatt@diddarbasenivvota.eu u nibagħtulek il-materjal rilevanti bl-email jew bil-posta.

Kif nista' nwaqqaf l-abbonament tiegħi?

Biex twaqqaf l-abbonament, agħfas fuq il-link fl-email li rċevejt.

Kif nista' nibdel il-pajjiż, l-indirizz, il-lingwa jew l-isem (pereżempju f'każ ta' żball fl-ortografija)?

Biex tibdel il-preferenzi tiegħek, illoggja fil-profil personali tiegħek u aġġorna d-dettalji tiegħek. Jekk ma jirnexxilekx taġġorna l-preferenzi tiegħek, ibgħat avżana: kuntatt@diddarbasenivvota.eu

Kif nista' nsir naf aktar dwar il-kwistjonijiet ewlenin involuti fl-elezzjonijiet Ewropej?

Tista' ssib tagħrif dwar il-ħidma tal-Parlament Ewropew u l-kwistjonijiet involuti fuq is-sit web tagħna: http://www.europarl.europa.eu/news/mt.

Il-kanali tal-midja soċjali tal-Parlament Ewropew huma wkoll sors tajjeb biex tikseb l-aħħar informazzjoni:

Nixtieq nirrapporta żball / Is-sit tagħkom mhuwiex jaħdem tajjeb

Grazzi talli ndunajt. Jekk jogħġbok ibgħat email lil kuntatt@diddarbasenivvota.eu

Jiena kemm stedint nies jieħdu sehem fil-kampanja?

Tista' tilloggja bl-email u l-password u tikkonsulta l-profil tiegħek, anke n-numru ta' persuni li tkun ħeġġiġthom jgħidu "Iva, did-darba se nivvota".

Nibagħtulek aġġornamenti regolari bl-email dwar in-numru ta' persuni li tkun irreklutajt.

Ninsab ċert(a) li stedint 20 persuna jieħdu sehem fil-kampanja iżda dan ma jidhirx fil-profil tiegħi!

Iċċekkja li n-nies li qed tistieden qed jużaw il-link unika t-tajba (dik li tispiċċa b'numru). Jekk taħseb li kien hemm żball, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq kuntatt@diddarbasenivvota.eu.