Għaliex għandi nivvota fl-elezzjonijiet Ewropej f'Mejju 2019?

Bħala Ewropej qegħdin niffaċċjaw ħafna sfidi, mill-migrazzjoni sat-tibdil fil-klima, mill-qgħad fost iż-żgħażagħ sal-privatezza tad-data. Qegħdin ngħixu f'dinja dejjem aktar globalizzata u kompetittiva. Fl-istess ħin, ir-referendum tal-Brexit wera li l-UE mhijiex proġett irrevokabbli. U filwaqt li fil-biċċa l-kbira aħna nqisu d-demokrazija bħala fatt, din donnha wkoll qed tiġi mhedda dejjem aktar, kemm fil-prinċipju kif ukoll fil-prattika.

Kien għalhekk illi bdejna nibnu komunità ta' sostenituri biex bl-għajnuna tagħhom inħeġġu għadd akbar ta' votanti fl-elezzjonijiet Ewropej.

Aqra aktar

Avvenimenti qrib tiegħek

Flimkien mal-uffiċċju tal-kampanja f'pajjiżek u firxa ta' parteċipanti lokali li huma sħab magħna, qed norganizzaw avvenimenti qabel l-elezzjonijiet Ewropej.

Agħfas fuq il-mappa biex tara x'hemm ippjanat qrib tiegħek.

Avvenimenti qrib tiegħek

Did-darba m'aħniex biss nitolbuk tivvota, qed nitolbuk ukoll tikkonvinċi 'l ħaddieħor jivvota wkoll. Inti lest(a) tagħti ftit sigħat fix-xahar? Kemm tgħidilna kif.

Iva, se ningħaqad mat-tim