Ħu sehem
fl-isfida tat-12-il stilla tagħna!

Lesti l-isfidi

Għandek dak li hu meħtieġ biex tħeġġeġ lin-nies jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej? Mela ilqa’ l-isfida tat-12-il stilla tagħna u ħu rwol ewlieni biex tissaħħaħ id-demokrazija Ewropea!

Iġbor l-istilel

Faċli tieħu sehem (għalkemm li tirnexxi hija ħaġa oħra!). Se tintalab turi xi ssarraf f’erba’ kompiti separati sabiex naraw kemm tinqala’ biex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-votanti fl-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin

Iftaħ il-premijiet

Hekk kif tiġbor 12-il stilla, inti tkun eliġibbli għall-premijiet tagħna. L-ewwel 500 persuna li jlestu se jingħataw kitt tal-kampanja “Did-darba se nivvota”, li jkun fih bandiera żgħira, pinna, 20 karta ta’ pleġġ u 20 stiker. Dan jista’ jgħinek tippromwovi l-elezzjonijiet terġa’ aktar.

Il-500 persuna li se jiġu warajhom se jintbagħtilhom starter kitt ta’ “Did-darba se nivvota” li jkun fih pinna, labra tal-pavru, 20 karta ta’ pleġġ u 20 stiker.

Kull min ilesti l-isfida tat-12-il stilla jirċievi badge online li jista’ jaqsam ma’ oħrajn fuq il-midja soċjali, kif ukoll ċertifikat li jista’ jiġi pprintjat bħala prova tas-sehem tiegħu.

Irreġistra biex tieħu sehem fl-isfidi

Irreġistra fuq il-homepage

jew idħol b'account diġà eżistenti

Agħżel il-futur tiegħek. Agħżel l-isfida tiegħek